FR | BE | EN | NL | RO

Klinika ghall-kura tal-alkoholizmu u id-dipendenza fuq id-droga

Ċentru tar-Riabilitazzjoni Ewlieni fl-Ewropa

Għal ħarsa ta’ malajr lejn iċ-ċentru tar-riabilitazzjoni tagħna araw din il-prezentazzjoni qasira.

Castle Craig, sptar privat li jinsab f20 ettaru ta kampanja Skoċċiża sabiħa, jispeċjalizza fil-kura ta' l-alkoħoliżmu, il-vizzju tad-droga u problemi ta’ saħħa mentali relatati. Matul il-kura, il-pazjenti huma mgħallma biex iħarsu lejn id-dipendenza tagħhom bħala marda u li hu possibbli li jirkupraw minnha. Bl-għajnuna ta’ esperti fil-qasam, il-pazjenti jikkonfrontaw il-kawżi tal-vizzji tagħhom fil-fond u jiġu mgħejjuna biex jeħilsu minnhom. L-għan tal-kura huwa l-astinenza mid-drogi u l-alkoħol, u l-pazjenti jitgħallmu l-ħiliet li jgħinuhom jibqgħu il-bogħod minnhom għall-bqija ta' ħajjithom.

L-isptar għandu 122 sodda mifruxa fuq żewġ sezzjonijiet. Hemm staff mediku full-time li jinkludu psikjatra, tobba u infermiera. Il-bażi tal-kura huwa l-programm ta’ terapija tagħna u nimpjegaw tim ta' 25 terapist espert. It-trattament isir kollu bl-Ingliż u nilqgħu pazjenti mid-dinja kollha. Ħafna mill-pazjenti tagħna jiġu mill-Olanda, fejn għandna diversi kliniki li joperaw fuq bażi ta’ out patients. Għandna esperjenza twila ta ħidma ma' min iħaddem, tobba tal-familja, kliniki u tobba tax-xogħol. Regolarment nippubblikaw studji indipendenti bir-riżultati li juru rati għolja ta' suċċess. Il-kwalità tat-trattament li noffru hija mirfuda bl-akkreditazzjoni ISO 9001. 

L-ispejjeż tal-kura huma koperti minn kumpaniji tal-assigurazzjoni pubbliċi u privati - u huma aktar baxxi minn kwalunkwe klinika ta’ riabilitazzjoni simili fir-Renju Unit. L-arranġamenti biex wieħed jidħol Castle Craig għall-kura jistgħu isiru f’ħin qasir.

L-Alkoħol u d-Droga f'Malta

Il-konsum tal-alkoħol hija problema f'Malta, skond stħarriġ li sar f' 36 pajjiż Ewropew. Il-European School Survey Project (2011) juri li l-alkoħol fost iż-żgħażagħ Maltin ta’ 16-il sena huwa 86%. Il-medja globali fl-UE hija 79%. Ix-xorb eċċessiv (aktar minn 5 grokkijiet f'okkażjoni waħda fuq perijodu ta’ xahar) hija problema serja f'Malta.

Stħarriġ nazzjonali fuq l-użu tad-droga fost l-istudenti Maltin uriet li l-inhalants kienu l-iktar komuni (14% ta’ dawk li ipparteċipaw fl-istħarriġ qalu li użawhom). It-tieni droga li tintuża l-aktar hija l-kannabis, użatha minn madwar 11% tal-istudenti.

Kif Nittrattaw id-Dipendenza

Nittrattaw l-alkoħoliżmu u l-vizzju tad-droga bħala marda u nisħqu fuq l-astinenza bħala essenzjali għall-irkupru fit-tul. Aħna nemmnu li l-astinenza hija l-unika mezz kif persuna tista’ verament terġa tikseb il-ħajja lura. Aħna ngħinu lill-pazjenti jirkupraw permezz ta' programm personalizzat u intensiv li jgħaqqad it-trattament mediku, is-sistema li nsejħulha tat-12-il Pass, cognitive behavioural therapy (CBT) u terapiji oħra li wrew diġa li jahdmu.

Il-programm tagħna jgħin lill-pazjenti biex ibiddlu ħajjithom u jaqbdu direzzjoni ġdida, biex jigu evitati ċirkostanzi li jwasslu li jerġgħu jaqgħu fil-vizzju u biex jiżguraw ħajja sodisfaċenti mingħajr alkoħol jew droga. Dan huwa programm għal matul il-ħajja. F’Castle Craig, kull pazjent jingħata l-programm tiegħu personalizzat, ta’ terapiji individwali, fi grupp kif ukoll dawk speċjalizzati, eżerċizzju, dieta tajba, programm ta' kuljum mimli attivita’ u sodda komda f’kamra għal persuna waħda jew għal zewġ persuni.

Kunfidenzjalità u Privatezza

Fl-Isptar Castle Craig, il-privatezza ta’ kull pazjent huwa prinċipju importanti. Il-politika tagħna dwar il-kunfidenzjalità u l-privatezza jgħin lill-pazjenti jipproteġu l-identità tagħhom biex iħossuhom sikuri.

X’Inhu Dak li Jiżgura s-Suċċess Tagħna?

Analiżi ta’ Kemm Hija Effettiva il-Kura

Id-Dipendenza hija Marda

Id-dipendenza hija marda fejn il-persuna li waqgħet fil-vizzju ma tkunx tista’ tikkontrolla il-livell tal-konsum ta’ alkoħol jew ta’ droga. L-uniku mezz kif persuna ivvizzjata tista’ tikkontrolla l-konsum huwa li tieqaf għal kollox. Aħna nipprovdu l-għodda meħtieġa biex jintlaħaq dan il-kontroll.

Snin ta’ abbuż mill-alkoħol u d-droga jistgħu iħallu l-organi vitali bħall-moħħ u l-fwied fi stat fraġli jew marid. Madankollu ġisimna għandu il-kapaċità li jfieq maż-żmien, u l-astinenza tipprovdi l-kundizzjonijiet idejali għal dan. Eżerċizzju, dieta tajba u t-trattament innovattiv tagħna – hyperbaric oxygen therapy - kollha jgħinu f'dan il-proċess.

Id-dipendenza fuq l-alkoħol u d-droga tradizzjonalment jissejħu "vizzju". Madankollu l-bniedem jista’ ukoll isir dipendenti fuq ċerta imġieba bħall-logħob eċċessiv għall-flus, l-ikel u s-sess. Dawn li huma msejħa "vizzji tal-imġieba" huma wkoll ikkurati f’Castle Craig jekk naraw li jkunu qed ibatu minnhom xi pazjenti tagħna.

L-opinjoni li l-vizzju hija marda ġie approvat mill-American Society of Addiction Medicine u n-National Council on Alcoholism and Drug Dependence fl-1990. Id-definizzjoni tagħhom fil-qosor ta’ alkoħoliżmu hija: "L-alkoħoliżmu hija marda ikkaratterizzata mill-kontroll debboli fuq ix-xorb, preokkupazzjoni bid-droga alkoħol, l-użu tal-alkoħol minkejja konsegwenzi negattivi, u taħwid fil-ħsieb, l-aktar iċ-ċaħda tad-dipendenza, b’mod kontinwu jew perjodiku."

F’Castle Craig ilna ngħinu lin-nies jiksbu l-astinenza mill-1988. Evidenza ċara, inkluż studji tagħna stess, u x-xhieda ta’ miljuni ta' nies madwar id-dinja juru li l-astinenza għandha riżultati impressjonanti, li jwasslu għal ħajja kuntenta u b'saħħitha u fejqan.

Karatteristiċi tad-Dipendenza

  • Kostrinġiment: Dawk li jbatu mill-vizzju ikollhom impuls kbir li jkomplu bl-imġieba tagħhom, minkejja l-ħsara li dan qed jikkawża; 

  • Ċaħda: Iċ-ċaħda tinkludi firxa ta’ difiżi psikoloġiċi bħal razzjonalizzazzjoni (fejn skużi u raġunijiet huma użati biex jispjegaw l-imġieba), jew il-minimizzazzjoni, fejn il-problema hija meqjusa bħala inqas sinifikanti milli hija fil-verita’. Iċ-ċaħda għandha tkun indirizzata waqt il-kura biex ikun hemm fejqan b'suċċess; 

  • Nuqqas ta’ kontroll: tfisser inabbiltà li tikkontrolla l-konsum; 

  • Preokkupazzjoni bid-droga: ħafna mill-ħin, l-enerġija u l-attenzjoni tal-persuna tkun moħlija fil-ksib tad-droga jew l-alkoħol; 

  • Konsegwenzi avversi: Id-droga tintuża kontinwament minkejja l-bidu ta’ problemi jew diżabilitajiet.

Għaliex Għandek Tagħżel lill-Castle Craig?

1. Il-kura tagħna hija Indipendentement u Xjentifikament ippruvata li Taħdem 

Aktar minn 9,000 pazjent għaddew mill-bibien tagħna mill-1988, u minn dawk li temmew il-kura tagħhom il-maġġoranza rnexxielhom jiksbu l-astinenza mill-vizzju tagħhom fit-tul. L-aħħar riċerka indipendenti tagħna turi li 66% tal-pazjenti tagħna kisbu l-astinenza fit-tul.

2. Noffru Iktar  

Castle Craig għandha riżorsi estensivi. Nemmnu li m'hemm xejn nieqes fis-servizz tagħna li jista’ jkun ta’ benefiċċju sinifikanti għall-pazjenti tagħna. Mit-taħriġ tal-istaff fl-isptar stess għall-għażla kbira ta’ terapiji komplementari - inklużi d-daqq tat-tnabar, ekwin, familja, l-arti u hyperbaric oxygen therapy. Insibu l-għerq tal-problema ta’ kull pazjent. Ħafna minn-nies li jbatu mill-vizzju ikollhom kundizzjonijiet oħra ta’ saħħa mentali bħall-problemi tal-ikel jew dipressjoni – dawn nittrattawhom kuljum.

3. Tħallsu Inqas 

L-ispejjeż tagħna huma aktar minn 35% inqas mill-eqreb ċentri kompetituri tagħna fir-Renju Unit. L-ispiża għall-kura intensiva residenzjali hija inevitabbilment għolja, iżda nagħmlu dak li nistgħu biex ngħinu lin-nies iħallsu. Castle Craig huwa uniku fost iċ-ċentri tal-kura fir-Renju Unit li ma jżommx flus għall-ekstras. L-ispiża tal-kura tinkludi kollox. Ikkuntattjana direttament għar-rati attwali.

4. Tletin sena ta’ Kompetenza u Tim Mediku bl-Aqwa Kwalifiki  

Castle Craig twaqqaf minn Peter u Dr Margaret Ann McCann, tnejn mill-esperti ewlenin fir-Renju Unit fil-qasam tal-kura tal-vizzji. Illum għadhom imexxu l-klinika huma. Waqqfu l-ewwel ċentru għall-kura tagħhom (Clouds House, Wiltshire) fl-1983 u għenu fit-twaqqif tal-European Addiction Treatment Agency fl-bidu tas-snin disgħin.

5. Kull-Pazjent huwa Importanti Għalina - Qabel, Matul u Wara l-Kura

Il-valuri ta’ Castle Craig huma l-kompassjoni, l-empatija u l-attenzjoni. L-istaff huma ispirati u dedikati lejn xogħolhom; ħafna iġġieldu kontra l-vizzji tagħhom stess u, ladarba rkupraw għal kollox u ġew imħarrġa irritornaw biex jgħinu lill-persuni oħra. Wara ż-żmien tagħhom f’Castle Craig, il-pazjenti jattendu laqgħat f'diversi postijiet u huma mistiedna biex jattendu attivita’ annwali.

6. Imexxuna t-Tobba

It-tim tal-kura u t-terapisti kollha huma ggwidati minn tobba esperti u psikjatra full-time - li kollha kemm huma jgħaddu minn evalwazzjonijiet annwali indipendenti. Huma jkunu impjegati ma’ Castle Craig full-time. Castle Craig jissodisfa l-ogħla livell tal-kura mitlub mill-American Society of Addiction, li hija "ditossifikazzjoni u kura residenzjali immexxija b'mod mediku".

7. Rikonoxxuti minn Esperti Oħrajn 

Dr Jonathan Chick, professur Skoċċiż ewlieni fil-psikjatrija u il-kura tal-vizzji, irrefera għal Castle Craig bħala "fenomenu li l-Iskozja għandha tkun kburija bih". Castle Craig huwa irregolat mill-Healthcare Improvement Scotland u, fl-aħħar ispezzjoni (Jannar 2011) ksibna gradi ta' 6 ("eċċellenti") u 5 ("tajjeb ħafna"). Wara l-aħħar Moody International ISO 9001 Quality Standard Inspection, it-tmexxija tal-isptar kienet deskritta bħala "eżemplari".

8. Rikonoxxuti mill-Assiguraturi tas-Saħħa Prinċipali 

Grazzi għar-reputazzjoni tajba tagħna u l-akkreditazzjoni ISO fit-tmexxija medika, Castle Craig huwa rikonoxxut mill-kumpaniji ewlenin tal-assigurazzjoni kemm fir-Renju Unit kif ukoll internazzjonalment.

9. Dħul ta’ Malajr

Nippruvaw nevitaw kull dewmien biex l-individwi jibdew il-kura mill-aktar fis. Barra minn hekk, aħna disponibbli biex nilqgħu is-sejħa tiegħek fi kwalunkwe ħin, matul il-ġurnata jew bil-lejl fi kwalinkwe jum tas-sena. Issir evalwazzjoni sħiħa mal-wasla fiċ-Ċentru, u xi informazzjoni tinġabar qabel id-dħul (b'konsultazzjoni mat-tabib tal-pazjent).

10. Innovattivi

Fl-1988 Castle Craig kien l-ewwel ċentru tal-kura li beda il-programm ta’ faċilitazzjoni tat-12-il Pass fl-Iskozja. Fl-1999 konna l-ewwel ċentru tal-kura Ingliż biex nintroduċu  l-istandards ta' akkreditazzjoni professjonali għat-terapisti kollha, u fl-2008 konna l-ewwel biex noffru l-hyperbaric oxygen therapy lill-pazjenti kollha. Barra minn hekk insegwu l-aħħar riċerka, nattendu u nagħmlu preżentazzjonijiet f’konfernzi u nagħmlu r-riċerka tagħna stess.

11. Iktar minn 90% tal-Pazjenti Joħorġu Sodisfatti 

Aħna kburin bil-livell ta’ sodisfazzjon li għandhom il-pazjenti  tagħna u nippubblikaw ir-riżultati fuq l-Internet. Fl-istħarriġ l-aktar reċenti l-attenzjoni tal-infermiera, is-sistema ta’ counselling individwali, il-proċess ta’ ditossifikazzjoni u it-terapija tal-gruppi kollha ingħataw skor ta’ 90% jew aktar. Biss, iktar kommoventi mill-livelli ta’ sodisfazzjon huma l-messaġġi li nirċievu min għand dawk li kienu pazjenti tagħna, ħafna drabi snin wara li jkunu telqu minn Castle Craig.

12. Privatezza, Paċi u Trankwillità 

Castle Craig jinsab f’ 20 ettaru ta’ msaġar privati​​, li tiggarantixxi privatezza u trankwillita’. Fl-għoljiet sbieħ tal-iSkozja, viċin il-fruntiera mal-Ingilterra, il-pazjenti jħossuhom milqugħa u jistgħu jinqatgħu mid-dinja, iżda xorta waħda qegħdin inqas minn siegħa bogħod mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Edinburgh. Il-provvista privata tal-ilma tagħna tiġi mill-għoljiet ta’ madwarna, u huwa tant tajjeb li bdejna nibbottiljawh.

Ikkuntattjawna 

Jekk għandkom xi mistoqsijiet dwar il-kura f’Castle Craig jew tixtiequ tapplikaw biex tidħlu għall-kura, jekk jogħoġobkom ikkuntattjaw lil Audrey Grant fuq 79 67 67 71 jew bil-posta elettronika fuq info@castlecraig.com.mt. Audrey ilha taħdem bħala terapista fl-Isptar Castle Craig fl-Iskożja għal 12-il sena, u titkellem bil-Malti, l-Ingliż, l-Għarbi u t-Taljan.