FR | BE | EN | NL | RO

Klinika ghall-kura tal-alkoholizmu u id-dipendenza fuq id-droga

Dħul

Għamel kuntatt -> informazzjoni medika min għand tabib -> informazzjoni addizzjonali jekk mitlub -> reviżjoni tal-informazzjoni mit-tim tal-ammissjoni -> dħul irriżervat

Il-proċess tad-dħul f’Castle Craig m’hux ikkumplikat u isir malajr. In-nies jistgħu jiġu riferuti għall-kura mid-dipendenza minn tobba jew kunsilliera professjonali, minn aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-abbuż mis-sustanzi, familji, dawk li jħaddmu u mill-individwi nnifshom.

Naċċettaw pazjenti mid-dinja kollha li jħallsulhom kumpaniji tal-assikurazzjoni kif ukoll dawk li jħallsu huma stess. Qisna ħbieb, naħdmu skont iċ-ċirkostanzi u t-telefon tagħna nirrisponduh 24 siegħa kuljum, is-sena kollha. Tibżawx tikkuntattjawna b’xi mistoqsijiet.

Naħdmu ma’ individwi, familji kif ukoll tobba tal-familja, kliniki u terapisti individwali – u dan is-sit elettroniku jipprovdi l-informazzjoni kolla meħtieġa biex tiżgura dħul b’suċċess (u ta’ malajr). Ir-responabbilta’ finali għad-dħul hija tad-direttur mediku ta’ Castle Craig u/jew il-konsulent tal-psikjatrija.

Proċedura ta’ Riferiment

Ikollna bżonn ittra mingħand it-tabib tal-pazjent (tabib tal-familja, terapista jew psikjatra) bl-informazzjoni medika rilevanti. Imbagħad il-psikjatra tagħna għandu mnejn ikun irid ikellem lill-pazjent bit-telefon, jew forsi jitlob iżjed dettalji mediċi, jiddependi fuq il-komplessita tal-kaz.

Waqt dan il-proċess il-psikjatra jkun qed iħares lejn il-bzonnijiet għad-detossifikazzjoni tal-pazjent, l-istorja tal-abbuż mill-kimiki, l-użu kurrenti ta’ mediċini u l-istorja psikjatrika.

Biex tikkuntattjaw l-Istaff tal-Ammissjonijiet, jekk jogħġobkom ibgħatu ittra elettronika fuq info@castlecraig.mt

Aktar Informazzjoni Utili

Il-kura hija bil-lingwa Ingliża u li tkun taf titkellem u tifhem l-Ingliż sew huwa importanti għad-dħul.

Pazjenti jistgħu jiġu Castle Craig fl-Iskozja għal ezami biss. Itolbuna d-dettalji.

Riferiment Dritt għall-Extended Care Unit

Il-kura f’Castle Craig hija maqsuma fi tnejn: il-unit għall-kura intensiva fejn il-kura ġeneralment tieħu sa sitt ġimgħat, u l-extended care unit fejn il-kura tista tkompli għal madwar sitt xhur.

Jekk pazjent ikun spiċċa programm ta’ 28 jum fi klinika oħra fejn joffru l-programm tat-12 il-pass u jkun diġa astinenti, nistgħu nikkunsidraw dħul dirett fl-Extended Care Unit.

Ħruġ

Wara l-ħruġ il-pazjenti jkunu riferuti lura għall-kura tat-tabib tal-familja jew min irreferihom.

Ħinijiet/Dati tad-Dħul

Id-dħul ġeneralment isir bejn id-9 ta’ filgħodu u t-3 ta’ wara nofsinhar nhar ta’ xogħol.

Il-ġranet mit-Tnejn sal-Ħamis huma l-aħjar biex persuna tidħol f”Castle Craig.

Għalkemm normalment ma ndaħħlux pazjenti fi tmiem il-ġimgħa, nistgħu nagħtu bidu għall-proċess tad-dħul nhar ta’ Sibt jew nhar ta’ Ħadd.

Pazjenti li Tħallsilhom Kumpanija tal-Assikurazzjoni

Castle Craig huwa sptar irreġistrat, u ħafna mill-kumpaniji tal-assikurazzjoni jħallsu għall-kura f’Castle Craig – dejjem jekk ma joffrux poloz li speċifikament jeskludu l-kura għad-dipendenza u problemi ta’ saħħa mentali oħra. Il-kumpaniji li jħallsu għall-kura f’Castle Craig jinkludu: Vanbreda International, BUPA, Blue Cross Blue Shield, Coventry Health Care u AXA PPP. Ikkuntattjawna għal iktar informazzjoni.

Orjentazzjoni

L-isptar Castle Craig huwa ibbażat f’dar storika u villaġġ żgħir f’20 ettaru ta’ boskijiet, fin-nofsinhar ta’ Edinburgu. L-ajruport ta’ Edinburgu huwa biss 40 kilometru ‘l-bogħod.

Fil-Ġurnata tad-Dħul

L-ippjanar għall-wasla tal-pazjent jista’ jsir mal-istaff li huma responsabbli għad-dħul. Ħafna mill-pazjenti jaslu bl-ajru fl-ajruport ta’ Edinburgu, xi ftit jiġu bit-tren, u kollha jiltaqgħu magħhom ix-xufiera tagħna. Xi ftit mill-pazjenti iwassluhom bil-karozza l-familjari tagħhom jew xi membru tal-istaff tal-kura ta’ xi entita’ ohra.

Mal-wasla f’Castle Craig ikunu milqugħin minn assistent tal-kura u jarahom ukoll il-konsulent tal-psikjatrija.

Viżti Professjonali

Professjonisti fil-qasam tas-saħħa li huma interessati li jirreferulna l-klijenti huma mħeġġa biex iżuru Castle Craig. Ikollna open days regulari matul is-sena, biss nistgħu nakkomodaw il-bżonnijiet tiegħek fi ġranet oħra ukoll. Nħar ta’ Ġimgħa kwazi dejjem tajjeb illi jsiru xi żjarat. Nistgħu nipprovdu trasport mill-ajruport u akkommodazzjoni għal lejl jekk dan ikun meħtieġ.