FR | BE | EN | NL | RO

Klinika ghall-kura tal-alkoholizmu u id-dipendenza fuq id-droga

Il-Programm Residenzjali tal-Kura mid-Dipendenza

Il-Minnesota Model għall-Kura mid-Dipendenza

Il-mudell tal-kura tagħna ssegwi l-Minnesota Model jew “il-Programm tat-12-il Pass". Dan il-mudell jitittratta d-dipendenza bħala marda u l-għan tal-kura huwa astinenza mid-drogi li jbiddlu kif jaħdem il-moħħ. Dan huwa l-approwċ tal-kura l-aktar użat f’ħafna mit-Tramuntana tal-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq. Huwa l-approwċ li jużaw gruppi ta’ għajnuna bħall-Alcoholics Anonymous (AA) u Narcotics Anonymous (NA). Il-mudell tat-12-il Pass huwa trattament ibbażat fuq evidenza li tista tgħin biex jiġu kkurati firxa wiesgħa ta' vizzji. Huwa jipprovdi l-individwu bil-mezz kif ifieq mill-vizzju, u l-mezzi li jmantni dak l-irkupru għal tul il-ħajja.

Kemm Tieħu Żmien il-Kura?

Programm tipiku jieħu sitt ġimgħat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tagħna. Matul dan il-perjodu il-pazjenti jitgħallmu dwar “it-12-il Pass", il-ħiliet ewlenin biex ilaħħqu u jibdew jindirizzaw il-kwistjonijiet emozzjonali u psikoloġiċi sottostanti - bħall-mistħija, iċ-ċaħda jew trawma.

Wara l-ewwel fażi ta’ trattament, ħafna pazjenti jibqgħu għal aktar kura fl-Extended Care Unit tagħna. Hawn huma jkomplu jippreparaw ruħhom biex jerġgħu jintegraw lura fil-komunità tagħhom - waqt li jitgħallmu kif jevitaw li jirkadu fil-futur.

Pjan ta’ Kura Personalizzata

Aħna dejjem noħolqu pjan ta’ kura b'kollaborazzjoni mal-pazjent.

It-tim tat-tobba u terapisti tagħna jevalwaw bir-reqqa il-pazjent, iħarsu lejn l-istorja medika u soċjali tiegħu / tagħha u, b'kontribut mill-pazjent, joħolqu l-ewwel stadju ta' pjan ta’ kura personalizzata. Dan il-pjan imbagħad jiġi rivedut regolarment mill-pazjenti u t-terapisti tagħhom matul il-kura. Meta pazjent imur fl-Extended Care Unit, jinbidel it-terapist u l-pjan tal-kura jerġa jiġi rivedut u aġġornat.

Detox - L-Ewwel Stadju ta’ Kura

L-għan tagħna fid-detox huwa li jinkiseb astinenza mill-alkoħol u d-droga malajr kemm jista’ jkun, b’mod sigur. Il-withdrawal jista’ jkun perikoluż jekk ma jsirx kif suppost. Jekk meħtieġ aħna nippreskrivu l-mediċini biex nikkontrollaw is-sintomi tal-withdrawal. Id-dożi jitnaqqsu bilmod sakemm il-pazjent ikun temm il-proċess tad-detox.

Għalkemm essenzjali, id-ditossifikazzjoni waħedha mhix biżżejjed biex twaqqaf il-kostrinġiment għall-użu tad-droga u l-alkoħol. Huwa importanti li l-programm tal-kura jibda fl-istess ħin tad-detox sabiex il-pazjenti ikunu introdotti għall-mentalità ta’ rkupru u jistgħu jibdew jifformaw relazzjonijiet mat-terapisti u ma’ sħabhom mill-aktar fis. Taħlita ta' psikoterapija individwali u terapiji speċjalizzati - kollha immonitorjati mit-tim mediku iddedikat u li għandu ħafna esperjenza - huwa ppruvat li jgħinu fl-irkupru sħiħ.

Il-pazjenti jistgħu iħossuhom anzjużi matul id-detox u jistgħu ikollhom diffikultà bl-irqad. It-tobba u l-infermiera tagħna jistgħu jiġu imsejjħin 24 siegħa kuljum, jiżguraw id-dinjità tal-pazjent, jipprovdu l-appoġġ, l-inkoraġġiment u jħaffu l-iskonfort. It-tim tal-infermiera jiżgura li kull pazjent ikun iċċekkjat mill-inqas kull erba 'sigħat, speċjalment matul il-lejl. Billi josservaw mill-qrib il-pazjenti, l-infermiera jistgħu ikunu ċerti li d-dożaġġ tal-mediċini li jikkontrollaw id-detox tkun tajba.

Detox mill-Alkoħol

Id-detox mill-alkoħol normalment jieħu minn-tlieta sa sebat ijiem, jiddependi fuq il-persuna u l-ammont ta’ l-abbuż. Aħna normalment nużaw il-Chlordiazepoxide għad-ditossifikazzjoni mill-alkoħol. Din il-mediċina tiżgura li t-tneħħija tal-alkoħol tkun bla xkiel u inaqqas ħafna r-riskju ta' konvulżjonijiet. Inbaxxu d-doża fuq numru ta’ jiem b'rata komda. Ġeneralment nippreskrivu l-vitamini ukoll.

Detox minn Droga

Id-detossifikazzjoni mid-droga tiddependi fuq it-tip u l-ammont ta' droga meħuda u tista’ tieħu minn ġimgħa sa sitt ġimgħat jew aktar. Il-withdrawal mill-Benzodiazepine tista’  tieħu żmien partikolarment twil. Nipprovdu ukoll programmi ta’ detossifikazzjoni mill-eroina u l-methadone, u namministraw is-Subutex biex jittaffew is-sintomi. Id-doża tas-Subutex titnaqqas b'rata gradwali, komda u mingħajr periklu.

Terapiji f’Castle Craig

Lectures

Ħafna min-nies li jfittxu l-kura ma jafux x’għandhom ħażin. Il-programm ta’ taħdidiet tagħna jgħinu li l-pazjenti jifhmu t-teorija tad-dipendenza. Jeħtieġ illi jgħarfu li qed ibatu minn marda, u mhux problema morali. Isiru konxji mill-imġieba tipika li tirriżulta mill-vizzju u dan l-għarfien jgħati serħan u direzzjoni matul il-proċess tal-kura, u għall-kumplament tal-ħajja tal-pazjent.

Terapija Individwali

Il-psikoterapija għall-individwu hija l-pedament tar-reabilitazzjoni f’ Castle Craig. Ħafna mit-terapisti tagħna għaddew mill-kura għall-vizzju huma stess u jħeġġu lill-pazjenti biex jitkellmu dwar kwistjonijiet li forsi jsibu diffikulta’ li jitkellmu dwarhom. Is-sessjonijiet isiru mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. Is-sessjonijiet individwali jimmiraw li jimmassimizzaw l-għarfien tal-vizzju, ibddlu l-attitudnijiet, jimmotivaw il-pazjent biex jikseb l-astinenza u jippermettu li jikkonfronta kwistjonijiet personali profondi bħal trawma fi tfulithom jew abbuż.

Terapija fi Gruppi

Darbtejn kuljum isiru group sessions. Wieħed mit-terapisti ta’ esperjenza tagħna jisma’, jisfida u jenfasizza xi kwistjonijiet, u jiddiskutihom mal-pazjent. Waqt is-sessjonijiet il-pazjenti jirrakkontaw l-istejjer ta’ ħajjithom, jisfidaw lil xulxin u jippreżentaw xi xogħol li jkunu għamlu waħedhom, per eżempju biex jidentifikaw kif il-biża' u l-mistħija tibblokka l-irkupru tagħhom. It-terapija fil-grupp tippermetti li il-pazjenti itejbu l-għarfien tagħhom infushom, jindirizzaw il-mistħija u l-ħtija u jidentifikaw sitwazzjonijiet li jistgħu iwasslu għal rikaduta.

Cognitive Behavioural Therapy (CBT)

Ħsibijiet u attitudnijiet negattivi jistgħu jimblokkaw l-irkupru - u s-CBT jista’ jindirizza dan. It-terapisti mħarrġa fis-CBT jgħinu lill-pazjenti biex jiżviluppaw is-sens ta’ responsabbiltà personali, minflok li jaċċettaw rwol ta’ vittma. Waqt is-sessjonijiet fis-CBT jitgħallmu ukoll il-ħiliet biex jittrattaw iċ-ċaħda tal-vizzju b'mod effettiv, u dwar is-sentimenti kbar li jistgħu iwasslu għal rikaduta.

Trattament għall-Post Traumatic Stress Disorder

Memorji trawmatiċi ta’ abbuż, vjolenza u mewt jistgħu jimblokkaw l-irkupru mill-vizzju. Evidenza ta’ trawma fl-istorja tal-pazjenti tagħna huma innotati fil-bidu nett tal-kura.

Terapija għall Eating Disorders

L-alkoħol u droga jneħħu vitamini u minerali importanti mill-ġisem. Aħna nipprovdu valutazzjoni tad-dieta u pariri dwar in-nutriment tal-pazjenti bi problemi tal-ikel. Nikkuraw il-Bulimia Nervosa, Binge-Eating Disorder u l-Anorexia Nervosa fin-nies li huma ukoll dipendenti fuq id-drogi u l-alkoħol.

Terapija għad-Dipendenza fuq il-Logħob

Fi snin reċenti, Malta saret bażi għall-kumpaniji tal-logħob multinazzjonali. Għalkemm hemm leġislazzjoni li tipproteġi l-popolazzjoni Maltija mill-perikli tal-vizzju tal-logħob, il-firxa tal-industrija tal-logħob fil-gżejjer hija ta' tħassib serju.

Magħruf bħala "vizzju komportamentali", il-logħob jista’ jwassal għal diffikultajiet finanzjarji serji, problemi fuq ix-xogħol, li il-ħajja tal-familja ma tiffunzjonax u anke suwiċidju. It-terapisti tagħna jmexxu programm ta’ kura mill-logħob u grupp Gamblers Anonymous fejn lagħba kompulsivi jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jappoġġjaw lil xulxin.

Terapija għan-Niket

Xi wħud mill-pazjenti tagħna ikollhom niket li jkunu għadhom ma rkuprawx minnu u dan jista’ jikkontribwixxi lejn id-dipendenza jekk ma jkunux aċċettaw it-telfa tagħhom. In-niket jista' jseħħ mhux biss wara l-mewt ta' xiħadd maħbub, iżda wkoll wara d-divorzju, diżabilità jew telf tal-impieg. Immexxu t-terapija fi gruppi fejn il-pazjenti jistgħu jaqsmu s-sentimenti tagħhom u jitgħallmu kif jittrattaw il-ħames stadji tan-niket: Ċaħda, Rabja, Negozjar, Dipressjoni u l-Aċċettazzjoni.

Eye Movement Desensitisation and Reprocessing (EMDR)

Trawma mhux trattata tista’ tkun waħda mill-kawżi tad-dipendenza. Eye Movement Desensitisation and Reprocessing huwa trattament innovattiv, effettiv ħafna fil-kura ta’ trawma. Tgħin fil-proċessar ta’ memorji negattivi li kienu soppressi u jagħmilha possibbli għall-pazjenti li jiksbu għarfien tagħhom infushom u perspettiva dwar il-memorji trawmatiċi tagħhom. Jekk dawn il-kwistjonijiet trawmatiċi m’humiex identifikati u trattati, hemm ftit ċans biss li l-pazjent jista’ jegħleb il-vizzju tiegħu / tagħha.

Meditazzjoni

Hemm provi li il-meditazzjoni ssaħħaħ il-parti tal-moħħ responsabbli għall-ottimiżmu, il-kreattività u l-benesseri. F’ Castle Craig, it-terapisti tagħna jużaw il-meditazzjoni waqt sessjonijiet one-to-one għal pazjenti li jkunu qed ibatu mill-istress, ansjetà, trawma, kundizzjonijiet ta’ mġieba kompulsiva u d-dipressjoni.

L-Importanza li Tinvolvi l-Familja

L-alkoħoliżmu, id-dipendenza fuq id-droga u vizzji oħra għandhom effett ħażin u trawmatiku fuq il-familja, il-ħbieb u l-kollegi tax-xogħol ta’ l-Addict. Ninvolvu l-familja fil-proċess tal-kura kollu, ħafna drabi qabel l-ammissjoni. Il-programm tat-terapija tagħna jgħin lill-membri tal-familja jaqsmu is-sentimenti tagħhom ta’ mistħija, weġgħa u rabja. Jgħinhom biex jerġgħu jibnu r-relazzjonijiet imkissra. L-involviment tal-familja, kif ukoll appoġġ qawwi mill-ħbieb, huma vitali għal irkupru b'suċċess.

Terapiji Komplimentari

Noffru lill-pazjenti tagħna varjetà ta’ terapiji oħra li "jikkumplimentaw" il-programm tal-kura prinċipali. L-għan tagħna huwa li nottimizzaw is-saħħa mentali, fiżika u spiritwali tal-pazjenti tagħna, sabiex ikunu jistgħu ikomplu jgħixu ħajjithom mingħajr il-ħtieġa tad-drogi li jbiddlu l-burdata.

Hawn taħt issib lista tat-terapiji komplementari li noffru:

Grupp tal-Arti

Il-grupp tal-arti jinkoraġġixxi l-kreattività u jippromwovi s-self-esteem. Dan inaqqas l-istress u jippermetti li l-pazjenti jesploraw is-sentimenti tagħhom.

Hyperbaric Oxygen Therapy

Li tieħu n-nifs bl-ossiġnu taħt pressjoni jgħin fil-kura ta’ ġisem mħassar, jikklerja t-tossini, itejjeb l-irqad u jżid il produzzjoni tal-istem cells; ​​dawn iċ-ċelluli jirriġeneraw it-tessut imħassar tal-ġisem.

Equine Assisted Psychotherapy

L-Equine Assisted Psychotherapy tiżviluppa il-fiduċja, il-komunikazzjoni u r-rikonoxximent tas-sentimenti.

Drumming Therapy

Id-drumming jgħin lill-moħħ jiffoka, jikxef emozzjonijiet ibblukkati u jtaffi l-istress. Iġiegħel lill-grupp jikkomunika, jisimgħu lil xulxin u jaħdmu bħala tim.

Castle Craig toffri wkoll:

  • Agupuntura

  • Thai Massage 

  • Aromaterapija 

  • Terapija għar-Rilassament 

  • Żfin 

  • Pariri fuq in-nutrizzjoni

  • Eżerċizzju & Attivitajiet Barra

  • Terapija li Jostakola r-Rikaduta 

  • Body Image Group Therapy 

  • Terapija Dwar ir-Relazzjonijiet

  • Coping Skills Therapy

Kura Estiża - Programm Kontinwu

Wara sitt ġimgħat ta’ kura intensiva "primarja" f’ Castle Craig huwa rrakkomandat li l-pazjenti jkomplu l-kura tagħhom f’dak li nsejħulu l-Extended Care Unit (ECU). Għal kull ġurnata iktar li wieħed jgħaddi fil-kura jiżdied iċ-ċans tal-astinenza. L-ispejjeż huma ukoll ferm inqas minn dawk għall-kura primarja.

Il-kura fl-Extended Care Unit huwa partikolarment utli għal problemi kumplessi li qatt ma ssolvew. Issir enfasi fuq il-prevenzjoni ta’ rikaduta, enfasi fuq it-taħriġ kif wieħed ikun assertiv u terapija għal post-traumatic stress disorder (PTSD).

L-Extended Care hija Separata mill- Main Rehab Unit

Il-faċilita tal-Extended Care tagħna tinsab fil-propjetà ta’ Castle Craig Gardens, minuta mixi ‘l-bogħod mill-bini prinċipali. Għandna diversi djar bi kmamar singoli jew doppji, (li ħafna minnhom għandhom kamra tal-banju en-suite) kif ukoll kamra tal-ikel komunali, diversi kċejjen żagħar u salotti bit-televiżjoni, Sky TV u aċċess għall-internet. Hemm ukoll gym attrezzat sew fuq il-post.

Karatteristiċi Ewlenin tal-Extended Care:

Dijanjożi Doppja

L-Extended Care Programme huwa partikolarment importanti għall-pazjenti li għandhom dijanjosi doppja, fi kliem ieħor problemi psikoloġiċi relatati li jkomplu jkabbru l-vizzju u jipprevjenu l-irkupru. Dan il-mard l-ieħor jistgħa jkun il-vizzju tal-logħob, id-depressjoni, l-ansjetà, problemi relatati mal-ikel, obsessive compulsive disorder jew bżonn kontinwu ta’ sess.

Id-dijanjożi u l-kura ta’ pazjenti b’ djanjożi doppja fil-komunità fejn joqgħodu jistgħu ikunu kumplessi u diffiċli u ħafna drabi hemm riskju għoli ta' rikaduta. Il-klinika residenzjali tagħna toffri kura speċjalizzata f'qafas wieħed organizzat. Dan ifisser li nistgħu nissorveljaw il-progress ta’ kull pazjent u nagħtuhom il-ħin u attenzjoni li jeħtieġu biex jiksbu l-irkupru fit-tul.

Kura ta' Wara

Nipprovdu lill-pazjenti kollha bi pjani personalizzat ta’ kura għas-sentejn ta’ wara li jibbenefikaw minnu wara li jirritornaw lura lejn djarhom u l-komunita’ fejn joqgħodu. Inqisu l-kura ta’ wara essenzjali biex jitnaqqas ir-riskju ta' rikaduta u nipprovdu appoġġ kontinwu lill-pazjenti tagħna wara li jkunu temmew il-kura.

Appoġġ fi Ħdan il-Komunità Tiegħek

Id-dipendenza hija kundizzjoni  għal tul il-ħajja u niżguraw li meta l-pazjenti tagħna jitilqu minn Castle Craig ikollhom l-għodda adattata biex ikunu jistgħu jiqfulha. Norganiżżaw kuntatt fi ħdan il-fellowship lokali tal-AA / NA, xi kultant ikun ex-pazjent ta’ Castle Craig, biex iservi ta’ "sponsor" u jgħin biex jipprovdi introduzzjoni għal dawn in-netwerks ta’ appoġġ essenzjali.

Żjarat f’Castle Craig

Noffru lill-pazjenti l-opportunità li jirritornaw Castle Craig fi kwalunkwe ħin jekk ikollhom bżonn parir jew għajnuna. Dan jinkludi sessjonijiet ta’ group therapy kull ġimgħa. Tista’ tkun irranġata ukoll terapija personali. Ir-riunjonijiet annwali tagħna huma opportunità biex ex-pazjenti, staff u ħbieb ta’ Castle Craig jiltaqgħu kull sajf. Jekk tixtieq tipparteċipa, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Parir għall-Prevenzjoni ta’ Rikaduta

Bi preparament għall-ħajja ta’ wara r-rehab, tim espert ta' tobba, terapisti u infermiera jgħin il-pazjenti biex:

  • Jaċċettaw il-vizzju bħala marda kronika: li ma jistgħux jikkontrollaw ix-xorb jew l-użu tad-droga.
  • Ikunu onesti u sinċiera : Li jaħbu is-sentimenti u iġibu l-iskużi jipprevjenu l-irkupru.
  • Jeliminaw iċ-ċaħda tal-vizzju: iċ-ċaħda tjiffoka fuq l-effetti pożittivi immedjati tax- xorb jew l-użu tad-droga, iżda tinjora l-impatt negattiv fit-tul.
  • Joqgħodu attenti għas-sinjali ta’ xenqa - u jitgħallmu ħiliet ġodda biex jiffaċċjawhom.
  • Jegħlbu l-burdati negattivi : ngħinu l-pazjenti jiffaċċjaw is-sentimenti ta' ħtija, mistħija, rabja u frustrazzjoni, ħniena għalihom infushom, ansjetà u dipressjoni - li kollha huma fatturi qawwijin li jistgħu iwasslu għar-rikaduta.
  • Jerġgħu jiksbu s-self-esteem : iħossuhom tajbin dwarhom infushom mingħajr xorb jew drogi.
  • Jevitaw l-iżolament : il-pazjenti għandhom ikunu konxji mill-importanza li jattendu laqgħat tal-AA / NA u r-riskju li jkunu waħedhom.
  • Jevitaw sitwazzjonijiet riskjużi : il-pazjenti għandhom ikunu konxji ta’ postijiet, nies u sitwazzjonijiet li jżidu t-tentazzjoni għax-xorb jew id-droga.
  • Jitgħallmu dwar il-‘cross-addiction’ : ħafna drabi kawża inizjali għal rikaduta tkun l-użu ta’ mediċini li jippreskrivi t-tabib u li jistgħu ikunu kkunsidrati bħala "siguri " (peress li huma legali).  Kalmanti, mediċini li jtaffu l-uġigħ jew li jgħinu bl-irqad jistgħu jerġgħu iwaqqgħu lil dak li jkun fil-vizzju.
  • Jirnexxielhom jgħaddu mingħajr mediċini fit-tul : għal xi pazjenti, il-proċess li jieqfu minn ċerti mediċini (eż. benzodiazepines) jista’ jkun wieħed twil. Tista’ tgħaddi sa sena biex il-moħħ jerġa jibda jiffunzjona fiżjoloġikament normali.