FR | BE | EN | NL | RO

Klinika ghall-kura tal-alkoholizmu u id-dipendenza fuq id-droga

Min aħna

Castle Craig huwa l-ikbar sptar residenzjali għall-kura tad-dipendenza fir-Renju Unit. Twaqqaf fl-1988 minn Peter u Dr. Margaret Ann McCann – li t-tnejn għadhom involuti fit-tmexxija sal-lum. Nispeċjalizzaw fil-kura tal-alkoħoliżmu u vizzji oħrajn. Nittrattaw il-vizzju bħala marda fisika, mentali u spiritwali, bl-astinenza bħala l-għan tal-kura għal kull-pazjent.

“Dejjem emminna li hemm bżonn ċentri residenzjali tal-aqwa kwalita għar-riabilitazzjoni fl-Iskozja, ir-Renju Unit u madwar id-dinja. Irridu inneħħu n-nies mill-ħajja kaotika u immaniġġibbli tagħhom, u nqegħduhom f’ambjent ta’ fejqan fejn tobba, infermiera u terapisti jiffurmaw tim biex jgħinuhom u jrawmuhom fi triqithom lejn il-fejqan. Iddedikajna ħajjitna għal dan.” Peter u Dr Margaret Ann McCann, Chairman u Direttur Mediku, Sptar Castle Craig.

Castle Craig kien l-ewwel ċentru li introduċa l-programm tat-12-il Pass fl-Iskozja u illum huwa wiehed mill-aqwa u l-aktar kliniki  innovattivi għall-kura tal-vizzji fl-Ewropa. Fl-1999, Castle Craig kien l-ewwel ċentru għat-trattament li introduċa l-akkreditazzjoni professjonali lit-terapisti kollha, u fl-2008 konna l-ewwel biex noffru l-hyperbaric oxygen treatment lill-pazjenti fil-kura għal vizzju.

Eluf ta’ nies mid-dinja kollha iħarsu lejn Castle Craig għall-kura ta’ kwalita, servizzi u terapiji estensivi u appoġġ dedikat għall-familja. It-tim espert tagħna ta’ tobba, infermiera u terapisti huwa mmexxi minn Konsulent tal-Psikjatrija u Direttur Mediku.

L-Isptar Castle Craig qiegħed f’ kampanja sabiħa ta’ l-iSkozja fir-reġjun viċin il-fruntiera mal-Ingilterra. L-20 ettaru ta’ art u boskijiet huwa ambjent rilassanti u trankwill li jgħin fil-fejqan u l-irkupru – u utli biex il-pazjenti jitbegħdu mill-ambjent li fiħ jitkattar il-vizzju tagħhom. 

Qegħdin naħdmu ukoll bi sħab mal-Isptar St James, l-ikbar servizz tas-saħħa privat f'Malta.

Ir-rapreżentanta tagħna hija terapista Maltija li ħadmet fl-Isptar Castle Craig fl-Iskozia għal 12-il sena. Biex tkellmuha, jekk jogħoġobkom użaw il-formola tal-kuntatt.

Castle Craig Netherlands

Fis-sena 2000 Castle Craig fetaħ klinika f’The Hague biex jgħinu pazjenti mill-Olanda. Mill-2008, Castle Craig Netherlands kien magħruf bħala faċilita indipendenti għall-kura fis-saħħa mentali fuq bażi ta’ outpatients. Għandna numru ta’ uffiċi madwar il-pajjiz u it-tim mediku tagħna li jinkludi Direttur Mediku, konsulenti fil-psikjatrija u terapisti.

Tim ta’ Speċjalisti fuq id-Dipendenza

It-tim ta’ aktar min 25 terapista jġib miegħu xelta kbira ta’ ħiliet fil-psikoterapija u councilling fil-programm tagħna. Dan huwa l-akbar numru ta’ terapisti speċjalisti fuq id-dipendenza li qed jaħdmu flimkien fi klinika waħda fir-Renju Unit kollu.

Ftit mit-terapisti tagħna kienu huma stess pazjenti li għaddew mill-kura f’Castle Craig u issa jridu jużaw l-esperjenzi u l-ħiliet tagħhom biex jgħinu lill-pazjenti tagħna.

“L-esperjenza tiegħi personali bħala pazjent f’Castle Craig tagħtni l-għarfien biex ngħin lill-oħrajn u l-edukazzjoni tiegħi fil-kura tad-dipendenza urietni kif nista ngħamel dan.” Mark Abrami, terapista, Castle Craig.

Tim Internazzjonali għall-Kura tad-Dipendenza

Ħafna mill-istaff jiġu mill-Iskozja, l-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq, biss għandna ukoll tim internazzjonali b’ Konsulent tal-Psikijatra mill-Ġermanja, u terapisti mill-Istati Uniti, l-Afrika t’Isfel, Portugall, Malta, Polonja u l-Olanda.


Il-livell ta’ sodisfazzjon tal-pazjenti huwa aktar min 90% u dawk li kienu pazjenti spiss jibqgħu fil-kuntatt mat-terapisti tagħhom wara l-kura.

Taħriġ

L-isptar għandu tradizzjoni twila ta’ investiment fit-taħriġ tal-impjegati, kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-Olanda. L-istaff il-ġdid kollu jiġi mogħti taħriġ estensiv fil-bidu ta’ l-impjieg tagħhom biex niżguraw li jkunu ippreparati sew għall-ambjent tax-xogħol.

Għall-lista sħiħa tal-istaff, żuru din il paġna.

Tmexxija Klinika

Protokolli u proċeduri kliniċi jirregolaw il-klinika u l-prattika medika tagħna u dawn il-protokolli u l-proċeduri jiġu riveduti regolarment. Aħna kontinwament nagħmlu ħilitna sabiex jinkiseb titjib kontinwu fil-kura u s-servizzi li noffru lill-pazjenti u l-familji tagħhom li jkunu irreferuti lilna mill-Ewropa, l-Istati Uniti u partijiet oħra tad-dinja.

Castle Craig hija rreġistrata ma’ Healthcare Improvement Scotland (qabel kienet il-Care Commission), l-istituzzjoni li jirregola s-servizz tas-saħħa fl-Iskozja.

Assigurazzjoni tal-Kwalità

Castle Craig għandu s-sistema Moody ISO 9001:2008, assigurazzjoni ta' kwalità. Din hija akkreditazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment għal tmexxija ta’ kwalità, sistema li jużawha aktar minn 800,000 organizzazzjoni f'162 pajjiż. Din tkopri l-proċeduri mediċi, l-infermiera u il-proċeduri amministrattivi tagħna. Dawn jiġu aġġornati regolarment skont l-aħjar prattika u jiġu soġġetti għal verifika regolari. B'dan il-mod aħna qegħdin kontinwament intejjbu t-tmexxija tagħna.

Parir lill-Kumpaniji

Id-dipendenza u l-abbuż tad-droga u l-alkoħol hija problema għal xi kumpaniji u organizzazzjonijiet fis-settur pubbliku. Studju turi li l-maniġers Maltin huma konxji mill-użu tad-drogi u l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol: 21.4% tal-maniġers mistħarrġa kienu konxji ta’ ħaddiema li xorbu l-alkoħol fuq ix-xogħol; 5% tal-maniġers kienu jafu dwar ħaddiema li jużaw id-droga matul il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom.

Bħalissa m’hemmx leġislazzjoni f'Malta li tirregola l-użu tad-drogi u l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol, iżda min jimpjega huwa obbligat li jsegwi l-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post Tax-Xogħol

Castle Craig jista’ jagħti pariri lill-kumpaniji u organizzazzjonijiet dwar kif jittrattaw il-vizzju fil-post tax-xogħol. Waqqafna websajt ġdida immirata lejn professjonisti, maniġers tar-Riżorsi Humani u tobba tal-kumpaniji.

Ritratti: Ġewwa l-Klinika ta’ Rijabilitazzjoni Residenzjali tagħna

Ir-ritratti juru xeni mill-ħajja ta’ kuljum waqt ir-rijabilitazzjoni fil-klinika Castle Craig: